18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016 – Ruiz Molina vs UASI
(Kawża F-60/15) (1)
((Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Persunal tal-UASI - Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment - Klawżola li ttemm il-kuntratt fil-każ li l-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni - Xoljiment tal-kuntratt skont il-klawżola ta’ xoljiment - Data ta’ dħul fis-seħħ tal-klawżola ta’ xoljiment - Kompetizzjonijiet ġenerali OHIM/AD/01/13 u OHIM/AST/13/02))
(2016/C 136/67)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: José Luis Ruiz Molina (San Juan de Alicante, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. Lhoëst, avukat, sussegwentement N. Lhoëst u S. Michiels, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentanti: inizjalment B. Wägenbaur, avukat, sussegwentment A. Lukošiūtė, aġent, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-UASAI tal-4 ta’ Ġunju 2014 li ttemm kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent kif ukoll it-talba li, jekk possibbli, jidħol lura mal-UASI u, jekk le, jirċievu kumpens finanzjarju ġust għall-allegat xoljiment illegali tal-kuntratt tiegħu u, fl-aħħar nett, it-talba għad-danni għall-allegat dannu morali subit.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
J. L. Ruiz Molina għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).
3)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 213, 29.06.2015, p. 48.
Full & Egal Universal Law Academy