Kawża F-67/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016 – Opreana vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Membru tal-persunal temporanju li jokkupa mpjieg permanenti — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Stat ta’ tqala — Att li jikkawża preġudizzju — Inkompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju — Dritt għal smigħ — Dmir ta’ premura)
C3642016MT3110120160719MT0035311311
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016 – Opreana vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-67/15) ( 1 )
“(Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Membru tal-persunal temporanju li jokkupa mpjieg permanenti — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Stat ta’ tqala — Att li jikkawża preġudizzju — Inkompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju — Dritt għal smigħ — Dmir ta’ premura)”2016/C 364/35Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Luisa Opreana (Arlon, il-Belġju) (rappreżentant: inizjalment A. Salerno, avukat, sussegwentement A. Salerno u P. Singer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma testendix it-tul tal-kuntratt tar-rikorrenti lil hinn mill-iskadenza tiegħu meta hija kienet se tasal għat-tmiem tat-tqala tagħha.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ L. Opreana li skada fil-31 ta’ Awwissu 2014 hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn L. Opreana.
( 1 ) ĠU C 213, 29.6.2015, p. 50.
Full & Egal Universal Law Academy