20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/37
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ April 2016 – FY vs Il-Kunsill
(Kawża F-76/15) (1)
((Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Skema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard - Teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż mediċi - Rata ta’ rimbors - Rikonoxximent ta’ marda gravi - Kriterji - Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal u dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni dwar ir-rimbors għall-ispejjeż mediċi))
(2016/C 222/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FY (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. De Montigny, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)
Suġġett tal-Kawża
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell li tiċħad it-talba għal estensjoni tar-rikonoxximent tal-marda li minnha jbati iben ir-rikorrenti bħala marda gravi u t-talba għat-teħid ta’ responsabbiltà 100 % għall-ispejjeż mediċi marbuta magħha.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-8 ta’ April 2014 li permezz tagħha l-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell (il-Belġju) għall-iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard ċaħad it-talba għal estensjoni tar-rikonoxximent tal-marda li minnha jbati iben FY bħala marda gravi hija annullata.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn FY.
(1) ĠU C 245, 27.7.2015, p. 51
Full & Egal Universal Law Academy