30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/49
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Zink vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-77/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance tal-espatrijazzjoni - Żball amministrattiv li wassal għan-nuqqas ta’ ħlas tal-allowance tal-espatrijazzjoni għal diversi snin - Att li jikkawża ħsara - Dikjarazzjonijiet tas-salarju ma jirriflettux deċiżjoni - Artikolu 82 tar-Regoli tal-Proċedura - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Terminu raġjonevoli))
(2016/C 191/70)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Richard Zink (Bamako, Mali) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li jiġi limitat il-ħlas retroattiv tal-allowance tal-espatrijazzjoni għal perijodu ta’ ħames snin, mid-data li fiha ġie skopert in-nuqqas ta’ ħlas ta’ din l-allowance u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas tal-interessi moratorji.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Richard Zink għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 245, 27.07.2015, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy