Kawża F-82/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – De Nicola vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Assigurazzjoni għall-mard — Rifjut ta’ rimbors ta’ spejjeż mediċi — Terapija bil-laser — Nuqqas ta’ validità xjentifika tat-trattament — Modalitajiet għan-nomina ta’ tabib indipendenti — Ordni tat-tobba kompetenti — Opinjoni ta’ tabib indipendenti — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju — Raġunijiet għar-rifjut ta’ rimbors — Dispożizzjonijiet interni fil-qasam tal-assigurazzjoni għall-mard — Għan tat-terapija bil-laser — Effetti konfortanti fuq l-uġiegħ — Awtorizzazzjoni minn qabel tal-uffiċjal mediku — Dannu materjali — Konklużjonijiet prematuri — Dannu morali — Ammont mhux speċifikat — Inammissibbiltà)
C3642016MT3120120160721MT0036312322
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – De Nicola vs BEI
(Kawża F-82/15) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Assigurazzjoni għall-mard — Rifjut ta’ rimbors ta’ spejjeż mediċi — Terapija bil-laser — Nuqqas ta’ validità xjentifika tat-trattament — Modalitajiet għan-nomina ta’ tabib indipendenti — Ordni tat-tobba kompetenti — Opinjoni ta’ tabib indipendenti — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju — Raġunijiet għar-rifjut ta’ rimbors — Dispożizzjonijiet interni fil-qasam tal-assigurazzjoni għall-mard — Għan tat-terapija bil-laser — Effetti konfortanti fuq l-uġiegħ — Awtorizzazzjoni minn qabel tal-uffiċjal mediku — Dannu materjali — Konklużjonijiet prematuri — Dannu morali — Ammont mhux speċifikat — Inammissibbiltà)”2016/C 364/36Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment L. Isola u G. Isola, avukati, sussegwentment G. Ferabecoli, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment G. Nuvoli u J.-P. Minnaert, aġenti, A. Dal Ferro, avukat, sussegwentement G. Faedo u G. Nuvoli, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġux irrimborsati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent għal terapija bil-laser segwita fl-2007 u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet konsekuttivi u konnessi tal-bank meħuda fl-2014.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment tal-4 ta’ Diċembru 2014, li permezz tagħha huwa rrifjuta li jirrimborsa lil Carlo De Nicola l-ispejjeż tat-terapija bil-laser FP3, hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż ta’ C. De Nicola.
( 1 ) ĠU C 279, 24.8.2015, p. 59
Full & Egal Universal Law Academy