18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/49
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016 – Loescher vs Il-Kunsill
(Kawża F-84/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rappreżentant sindakali - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ organizzazzjoni sindakali jew professjonali - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Paragun tal-merti - Assenza ta’ obbligu, fir-Regolamenti tal-Persunal, li jiġi previst metodu speċifiku ta’ paragun tal-merti tal-persunal mqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ organizzazzjonijiet sindakali jew professjonali - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni - Evalwazzjoni tal-livell ta’ responsabbiltà eżerċitata - Provi - Stħarriġ tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni))
(2016/C 136/69)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bernd Loescher (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad li jmiss (AD 12) fil-proċedura ta’ promozzjoni 2014 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
B. Loescher għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015, p. 60.
Full & Egal Universal Law Academy