8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/97
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2015 – Bonazzi vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-88/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2014 - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-direttorati ġenerali u mid-dipartimenti - Ommissjoni ta’ isem ir-rikorrent - Possibbiltà li tiġi kkontestata l-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni quddiem il-kumitat konġunt għall-promozzjoni - Assenza ta’ adozzjoni ta’ pożizzjoni mill-kumitat konġunt għall-promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti imwettaq mill-Awtorità tal-Ħatra biss))
(2016/C 048/111)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Matteo Bonazzi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad segwenti (AD 12) fl-eżerċizzju ta’ promozzjoni 2014 u talba għal kumpens għad-danni morali allegatament subiti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
M. Bonazzi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 279, 24/08/2015, p. 61.
Full & Egal Universal Law Academy