Kawża F-91/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – AV vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Reklutaġġ — Eżami mediku li jippreċedi r-reklutaġġ — Dikjarazzjonijiet inkompleti waqt l-eżami mediku — Riżerva medika — Applikazzjoni retroattiva tar-riżerva medika — Nuqqas ta’ ammissjoni sabiex jibbenefika mill-allowance tal-invalidità — Annullament — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)
C3642016MT3210120160721MT0037321332
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – AV vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-91/15) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Reklutaġġ — Eżami mediku li jippreċedi r-reklutaġġ — Dikjarazzjonijiet inkompleti waqt l-eżami mediku — Riżerva medika — Applikazzjoni retroattiva tar-riżerva medika — Nuqqas ta’ ammissjoni sabiex jibbenefika mill-allowance tal-invalidità — Annullament — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)”2016/C 364/37Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AV (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, T. S. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika fir-rigward tar-rikorrent il-klawżola ta’ riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg sa fejn hija ma tippermettilux jibbenefika mill-allowance tal-invalidità kif ukoll it-talba għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 2014 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea applikat fir-rigward ta’ AV ir-riżerva medika msemmija fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil AV is-somma ta’ EUR 2000 bħala kumpens għad-dannu morali subit minnu.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u għandha tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn AV.
( 1 ) ĠU C 406, 7.12.2015, p. 46
Full & Egal Universal Law Academy