30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/49
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Wolff vs SEAE
(Kawża F-94/15) (1)
((Servizz pubbliku - Membri tal-persunal tas-SEAE - Kumitat tal-Persunal - Elezzjoni tal-membri tal-Kumitat tal-Persunal - Validità - Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament elettorali tas-SEAE - L-ewwel sensiela ta’ votazzjoni - Assenza ta’ quorum - Estensjoni tal-perijodu ta’ votazzjoni - Estenzjoni supplimentari tal-perijodu ta’ votazzjoni - Assenza ta’ organizzazzjoni tat-tieni sensiela ta’ votazzjoni - Illegalità))
(2016/C 191/71)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Oren Wolff (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuti: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: inizjalment M. Silva u S. Marquardt, aġenti, sussegwentement G.-J. van Hegelsom, S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti, finalment G.-J. van Hegelsom, S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti, M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrent tar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tas-SEAE.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-23 ta’ April 2015 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ċaħad it-talba ta’ Oren Wolff sabiex jiġi invalidat ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-membri tal-Kumitat tal-Persunal hija annullata.
2)
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż esposti minn Oren Wolff.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015, p. 83
Full & Egal Universal Law Academy