20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/38
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Mejju 2016 – FS vs KESE
(Kawża F-102/15) (1)
((Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Artikolu 41 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali - Dritt ta’ aċċess ta’ kull persuna għall-fajl li jikkonċernaha - Aċċess għad-dokumenti relattivi għal tentattiv ta’ medjazzjoni - Tentattiv ta’ medjazzjoni mibdi mill-president li kien fil-kariga tal-KESE dak iż-żmien u tmexxija taħt l-awspiċi ta’ ex president tal-KESE - Dritt ta’ aċċess għar-rapport imfassal fl-aħħar ta’ din il-medjazzjoni - Investigazzjoni amministrattiva miftuha wara l-medjazzjoni - Artikolu 3 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal))
(2016/C 222/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FS (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: K. Gambino, X. Chamodraka, M. Pascua Mateo, A. Carvajal u L. Camarena Januzec, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-KESE li jiċħdu t-talba għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrenti kif ukoll talba għal-kumpens għad-dannu morali allegatament subit.
Dispożittiv
1.
Id-deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2014 tal-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), sa fejn tirrifjuta l-komunikazzjoni lil FS ta’ rapport li jikkonċernaha, stabbilit minn ex president tal-KESE fuq talba tal-president li kien fil-kariga tal-KESE dak iż-żmien, hija annullata.
2.
It-talbiet għal annullament huma irrilevanti għall-bqija.
3.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat biex jikkumpensa lil FS somma ta’ EUR 1 000 għad-danni morali li sofriet.
4.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż ta’ FS.
(1) ĠU C 302, 14.09.2015, p. 70..
Full & Egal Universal Law Academy