11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/49
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Mejju 2016 – GW vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-111/15)
((Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi - Eżami konkret u ddettaljat))
(2016/C 251/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: GW (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta lir-rikorrent u lil konjugi tiegħu r-rimbors tal-ispejjeż marbuta ma’ tliet fatturi ta’ intervent mediku u ta’ trattamenti marbuta mal-kanċer tagħha.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tirrifjuta li tqis bħala rimborsabbli l-ispejjeż, li jinsabu fil-kontijiet Nri 67 u 68, tas-7 ta’ Frar 2014, u Nru 72, tat-12 ta’ Marzu 2014, marbuta mal-kura medika ta’ T. hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn GW.
Full & Egal Universal Law Academy