8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/35
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Kotula vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-118/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u mill-kapijiet ta’ dipartiment - Ommissjoni ta’ isem ir-rikorrent - Trasferiment interistituzzjonali - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni redatti mill-istituzzjoni preċedenti - Possibbiltà li l-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni tiġi kkontestata quddiem il-kumitat konġunt ta’ promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi))
(2016/C 287/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marcin Kotula (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015, p. 57.
Full & Egal Universal Law Academy