25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/68
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-14 ta’ Ġunju 2016 – Fernández González vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-121/15) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Membru tal-persunal assenjat fi ħdan il-kabinett ta’ Kummissarju Ewropew - Reklutaġġ ta’ membru tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Kundizzjoni ta’ interruzzjoni ta’ kull xorta ta’ impjieg mal-Kummissjoni ta’ terminu ta’ sitt xhur - Punt 3.2 tan-Nota tal-Kummissjoni D(2005) 18064, tat-28 ta’ Lulju 2005, dwar ir-reklutaġġ ta’ membri tal-persunal temporanju, skont l-Artikolu 2(b) u (d) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, fuq pożizzjonijiet permanenti fil-każ ta’ assenza ta’ kandidati li għaddew minn kompetizzjoni))
(2016/C 270/75)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Elia Fernández González (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u É. Boigelot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrenti għall-pożizzjoni li kienet is-suġġett tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti COM/2014/2036, ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni ta’ interruzzjoni ta’ kuntratt għal terminu ta’ sitt xhur qabel ir-reklutaġġ ta’ membru tal-persunal li preċedentement kellu kuntratt fil-grad AT2c, b’applikazzjoni tan-Nota D(2005)18064, tat-28 ta’ Lulju 2005 tad-DG HR, kif ukoll kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Elia Fernández González.
(1) ĠU C 354, 26.10.2015, p. 57.
Full & Egal Universal Law Academy