Kawża F-125/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – HB vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċedura ta’ promozzjoni 2014 — Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Paragun tal-merti — Rapporti ta’ evalwazzjoni 2011 u 2012 — Assenza ta’ diversi xhur minħabba maternità fl-2013 — Rapport ta’ evalwazzjoni nieqes minn kwalunkwe evalwazzjoni sostanzjali għas-sena inkwistjoni — Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa fl-2014 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eżami komparattiv tal-merti — Assenza ta’ rakkomandazzjoni tal-kumitat konġunt tal-evalwazzjoni — Aċċess għall-fajl personali informatiku tar-rikorrenti — Kompożizzjoni tal-kumitat konġunt tal-promozzjoni — Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess — Dannu morali)
C3642016MT3610120160721MT0043361361
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – HB vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-125/15) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċedura ta’ promozzjoni 2014 — Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Paragun tal-merti — Rapporti ta’ evalwazzjoni 2011 u 2012 — Assenza ta’ diversi xhur minħabba maternità fl-2013 — Rapport ta’ evalwazzjoni nieqes minn kwalunkwe evalwazzjoni sostanzjali għas-sena inkwistjoni — Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa fl-2014 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eżami komparattiv tal-merti — Assenza ta’ rakkomandazzjoni tal-kumitat konġunt tal-evalwazzjoni — Aċċess għall-fajl personali informatiku tar-rikorrenti — Kompożizzjoni tal-kumitat konġunt tal-promozzjoni — Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess — Dannu morali)”2016/C 364/43Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: HB (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad sussegwenti (AD8) skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2014 u kumpens għad-dannu morali allegatament subit.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
HB għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż relattivi tagħha u hija kkundannata tħallas nofs l-ispejjeż ta’ HB.
( 1 ) ĠU C 398, 30.11.2015, p. 80.
Full & Egal Universal Law Academy