Kawża F-126/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tilelet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Barroso Truta et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tagħhom — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet għal pensjoni akkwistati preċedentement taħt skemi nazzjonali — Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz magħmula mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ — Stedina sabiex jikkuntattjaw lill-amministrazzjoni għal spjegazzjonijiet u jiddiskutu jekk għandhomx jagħmlu trasferimenti — Aċċettazzjoni mill-membri tal-persunal tat-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali tagħhom mingħajr konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ — Natura definittiva tat-trasferiment — Skoperta sussegwenti tar-regola tal-“ammont minimu tas-sussistenza” — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal — Obbligu ta’ diliġenza — Allegat nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti pprovduta mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ waqt li ntbagħtu l-proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Rikors għad-danni — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti relatati mal-fażi prekontenzjuża — Inammissibbiltà)
C3642016MT3710120160720MT0044371371
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tilelet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Barroso Truta et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-126/15) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tagħhom — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet għal pensjoni akkwistati preċedentement taħt skemi nazzjonali — Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz magħmula mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ — Stedina sabiex jikkuntattjaw lill-amministrazzjoni għal spjegazzjonijiet u jiddiskutu jekk għandhomx jagħmlu trasferimenti — Aċċettazzjoni mill-membri tal-persunal tat-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali tagħhom mingħajr konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ — Natura definittiva tat-trasferiment — Skoperta sussegwenti tar-regola tal-“ammont minimu tas-sussistenza” — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal — Obbligu ta’ diliġenza — Allegat nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti pprovduta mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ waqt li ntbagħtu l-proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Rikors għad-danni — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti relatati mal-fażi prekontenzjuża — Inammissibbiltà)”2016/C 364/44Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Barroso Truta (Bofferdange, il-Lussemburgu) et (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, aġent)
Suġġett
Talba għal kumpens lir-rikorrenti għad-dannu materjali li sofrew minħabba t-telf tad-drittijiet għal pensjoni tagħhom akkkwistati fis-sistema nazzjonali wara t-trasferiment tagħhom għall-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata li tbati l-ispejjeż ta’ José Barroso Truta, Marc Forli, Calogero Galante u Bernard Gradel.
( 1 ) ĠU C 414, 14.12.2015, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy