Kawża F-127/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – Pinto Ferreira vs Il-Kummissjoni [Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sanzjoni dixxiplinari — Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal — Żamma mill-ammont tal-pensjoni — Attività esterna mhux awtorizzata — Assenza ta’ talba għal awtorizzazzjoni minn qabel]
C3642016MT3720120160721MT0045372382
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – Pinto Ferreira vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-127/15) ( 1 )
“[Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sanzjoni dixxiplinari — Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal — Żamma mill-ammont tal-pensjoni — Attività esterna mhux awtorizzata — Assenza ta’ talba għal awtorizzazzjoni minn qabel]”2016/C 364/45Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: António Gaspar Pinto Ferreira (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. W. Godfrey, C. Antoine u M. Gomes Lopes, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni dixxipplinari ta’ tnaqqis ta’ EUR 185 fuq il-pensjoni tar-rikorrent għal tnax-il xahar, u li tidħol fis-seħħ fid-data meta huwa jirtira, minħabba f’eżerċizzju ta’ attività esterna mhux awtorizzata.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Diċembru 2014, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea imponiet fuq António Gaspar Pinto Ferreira s-sanzjoni prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn A. G. Pinto Ferreira.
( 1 ) ĠU 2015, C 414, p. 43.
Full & Egal Universal Law Academy