Kawża F-132/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – HC vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Sensiela ta’ reklutaġġi taħt differenti Regolamenti tal-Persunal ma’ diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni — Interruzzjoni minn perijodu ta’ qgħad — Affiljazzjoni kontinwa mal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Unjoni — Reklutaġġ ġdid — Artikolu 13 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Eżami mediku qabel ir-reklutaġġ — Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Assenza ta’ dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata ta’ marda li diġà kellha — Skoperta sussegwenti mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ — Applikazzjoni retroattiva ta’ riżerva medika għal perjodu ta’ ħames snin — Kontestazzjoni — Talba mressqa quddiem il-Kumitat tal-Invalidità — Dmir ta’ lealtà — Deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li ċċaħħad lill-membru tal-persunal minn kull reklutaġġ mill-istituzzjoni għal perijodu ta’ sitt snin)
C3642016MT3910120160720MT0047391391
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – HC vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-132/15) ( 1 )
“(Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Sensiela ta’ reklutaġġi taħt differenti Regolamenti tal-Persunal ma’ diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni — Interruzzjoni minn perijodu ta’ qgħad — Affiljazzjoni kontinwa mal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Unjoni — Reklutaġġ ġdid — Artikolu 13 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Eżami mediku qabel ir-reklutaġġ — Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Assenza ta’ dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata ta’ marda li diġà kellha — Skoperta sussegwenti mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ — Applikazzjoni retroattiva ta’ riżerva medika għal perjodu ta’ ħames snin — Kontestazzjoni — Talba mressqa quddiem il-Kumitat tal-Invalidità — Dmir ta’ lealtà — Deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li ċċaħħad lill-membru tal-persunal minn kull reklutaġġ mill-istituzzjoni għal perijodu ta’ sitt snin)”2016/C 364/47Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: HC (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, T. S. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiġi applikata l-klawżola ta’ riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, b’effett retroattiv, mid-data tad-dħul fis-servizz tar-rikorrenti mal-Kummissjoni, u li jiġu sospiżi l-garanziji fir-rigward ta’ invalidità jew ta’ mewt u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li tiġi eskluża minn kull reklutaġġ mill-Kummissjoni għal perijodu ta’ sitt snin mid-data tat-tmiem tal-aħħar kuntratt tagħha.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2015 li biha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Kummissjoni Ewropea ċaħdet lil HC minn kull reklutaġġ mill-istituzzjoni għal perijodu ta’ sitt snin hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn HC.
4)
HC għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
( 1 ) ĠU C 406, 7.12.2015, p. 46.
Full & Egal Universal Law Academy