Kawża F-136/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – HD vs Il-Parlament (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance għall-edukazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura li tinġabar minn sorsi oħra — Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal — Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament)
C3642016MT4010120160721MT0048401401
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – HD vs Il-Parlament
(Kawża F-136/15) ( 1 )
“(Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance għall-edukazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura li tinġabar minn sorsi oħra — Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal — Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament)”2016/C 364/48Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: HD [rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat]
Konvenut: Il-Parlament Ewropew [rappreżentanti: M. Ecker u L. Deneys, aġenti]
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Parlament li tirregolarizza s-sitwazzjoni tar-rikorrenti dwar il-benefiċċju tal-allowance għall-edukazzjoni u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li jitħallsu lura l-ammonti li r-rikorrenti rċeviet indebitament għal dan il-għan.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
( 1 ) ĠU C 7, 11.1.2016, p. 38.
Full & Egal Universal Law Academy