Kawża F-149/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016 – HG vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Uffiċjali assenjati f’pajjiż terz — Akkomodazzjoni mpoġġija għad-dispożizzjoni mill-amministrazzjoni — Obbligu li jirrisjedu hemmhekk — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Artikolu 9(1)(ċ) tal-Anness IX tar-Regoli tal-Persunal — Sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala — Kumpens għad-dannu — Artikolu 22 tar-Regoli tal-Persunal)
C3642016MT4110120160719MT0050411411
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016 – HG vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-149/15) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Uffiċjali — Uffiċjali assenjati f’pajjiż terz — Akkomodazzjoni mpoġġija għad-dispożizzjoni mill-amministrazzjoni — Obbligu li jirrisjedu hemmhekk — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Artikolu 9(1)(ċ) tal-Anness IX tar-Regoli tal-Persunal — Sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala — Kumpens għad-dannu — Artikolu 22 tar-Regoli tal-Persunal)”2016/C 364/50Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: HG (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ sospensjoni tal-avvanz fl-iskala u li tobbligah jikkumpensa dannu allegatament imġarrab mill-Unjoni Ewropea, u talba għad-danni bħala kumpens għad-dannu morali u għar-reputazzjoni allegatament imġarrab.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
HG għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU C 68, 22.2.2016, p. 46.
Full & Egal Universal Law Academy