26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/36
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Marzu 2015 – Necci vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-5/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba taħt skema ta’ pensjoni nazzjonali - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Ilment tardiv - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà manifesta))
(2015/C 171/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Claudio Necci (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għad-dikjarazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal u għall-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent taħt l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, deċiżjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda rigward l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII għar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
C. Necci għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 96, 23.03.2015, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy