8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/100
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Di Marzio vs Il-Kunsill
(Kawża F-24/15) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Grupp ta’ funzjonijiet I - Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt f’kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ grad AST 3, AST 4 jew AST 5 jew f’kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat tal-grupp ta’ funzjonijiet III - Artikoli 2, 3a, 3b, 80 u 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))
(2016/C 048/116)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Antony Di Marzio (Limelette, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent intiża għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet I f’kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju jew alternattivament f’kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III, kif ukoll it-talba għad-danni għad-dannu morali u materjali allegatament subit.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
A. Di Marzio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 127, 20.4.15, p. 43.
Full & Egal Universal Law Academy