Kawża F-28/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Simon vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba bis-saħħa ta’ skemi oħrajn — Deċiżjoni li tirrikonoxxi akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz pensjonabbli li japplikaw id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament infondat)
C3642016MT5410120160801MT0070541541
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Simon vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-28/15) ( 1 )
“(Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba bis-saħħa ta’ skemi oħrajn — Deċiżjoni li tirrikonoxxi akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz pensjonabbli li japplikaw id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament infondat)”2016/C 364/70Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Anne-Claire Simon (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni finali ta’ trasferiment tad-drittijiet tar-rikorrenti għall-pensjoni fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) l-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
( 1 ) ĠU C 146, 4.5.2015, p. 49.
Full & Egal Universal Law Academy