24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/54
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 – De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-35/15) (1)
((Servizz pubbliku - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Proċeduri kriminali quddiem qorti nazzjonali - Kostituzzjoni parti ċivili tal-Kummissjoni - Rikors manifestament infondat))
(2015/C 279/68)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Fernando De Esteban Alonso (Saint-Martin-de-Seignanx, Franza) (rappreżentant: C. Huglo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent meta kien taħt investigazzjoni fuq approprjazzjoni bla jedd ta’ fondi li kellhom imorru fil-baġit Komunitarju.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
Fernando De Esteban Alonso għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 146, 4.5.2015, p. 52.
Full & Egal Universal Law Academy