7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/40
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Marinozzi vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-39/15) (1)
((Servizz pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Att li ma joħloqx dannu - Inammissibbiltà tar-rikors - Talba għal deċiżjoni mingħajr diskussjoni dwar il-mertu - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura))
(2016/C 410/71)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gabrio Marinozzi (Santo Domingo, ir-Repubblika Dominikana) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, finalment, G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tal- proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda (DGE) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Gabrio Marinozzi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 178, 01.06.2015, p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy