10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/41
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Centurione vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-43/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Inċident - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli Komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Stabbiliment tal-grad tal-invalidità permanenti parzjali - Rapport tal-Kumitat Mediku - Artikolu 82 tar-Regoli tal-Proċedura - Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku - Konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment - Assenza - Inammissibbiltà))
(2015/C 262/56)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Fernando Centurione (Nivelles, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. S. Bohr, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi biss rata ta’ invalidità ta’ 2 % wara l-inċident fuq ix-xogħol li kien vittma tiegħu ir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 178, 1/06/2015, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy