17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/34
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Spadafora vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-44/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Proċedura ta’ selezzjoni - Bord ta’ preselezzjoni - Intervista mal-bord ta’ preselezzjoni - Nuqqas ta’ iskrizzjoni fil-lista preliminari (short-list) ta’ kandidati proposti sabiex issirilhom intervista finali mal-Awtorità tal-Ħatra - Regolarità tal-proċedura ta’ selezzjoni - Prijorità lir-reklutaġġ ta’ kandidat li jkollu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru partikolari - Aġir tal-president tal-bord ta’ preselezzjoni - Diskriminazzjoni lingwistika - Talba għad-danni - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))
(2016/C 175/40)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Sergio Spadafora (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li fil-pożizzjoni ta’ kap tad-diviżjoni C4 (“Legal Advice”) tinħatar persuna oħra u mhux ir-rikorrent, li kien ilu jaġixxi bħala kap ta’ din id-diviżjoni sa minn meta telaq il-kap ta’ diviżjoni preċedenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat.
2)
Sergio Spadafora għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 221, 6.7.2015, p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy