8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/101
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2015 – Van der Veen vs Europol
(Kawża F-45/15) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Aġent temporanju - Deċiżjoni 2009/371/ĠAI - Rifjut tal-Europol li jikkonkludi kuntratt għal żmien mhux determinat - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors manifestament infondat))
(2016/C 048/117)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mark Van der Veen (Le Haye, in-Netherlands) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)
Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: D. Neumann, J. Arnould u C. Falmagne, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-konvenut li ma jilqax it-talba tar-rikorrenti li huwa jingħata kuntratt għal żmien hum iddeterminat.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
M. Van der Veen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.
(1) ĠU C 190, 08.06.2015, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy