9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/47
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015 – Carlo Nunes vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża F-54/15)
((Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kontestazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Ilment tardiv - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà manifesta))
(2015/C 371/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Carlo Nunes (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Petit, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċizjoni meħuda mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea f’April 2009 li tbiddel it-tip ta’ kuntratt u r-renumerazzjoni tar-rikorrent u talba sabiex tadatta r-renumerazzjoni tiegħu b’mod retroattiv b’effett minn April 2009.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissabbli.
2)
C. Numes għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
Full & Egal Universal Law Academy