Kawża F-68/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Lulju 2016 – Possanzini vs Frontex (Servizz pubbliku — Persunal tal-Frontex — Membru tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt abbażi tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li jirrigwarda s-sena 2009 — Prova tan-notifika tar-rapport — Assenza — Annullament mit-Tribunal — Eżekuzzjoni tas-sentenza — Notifika tar-rapport ta’ evalwazzjoni — Tardività fl-istabbiliment u fil-komunikazzjoni tar-rapport)
C3642016MT5510120160718MT0071551551
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Lulju 2016 – Possanzini vs Frontex
(Kawża F-68/15) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Persunal tal-Frontex — Membru tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt abbażi tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li jirrigwarda s-sena 2009 — Prova tan-notifika tar-rapport — Assenza — Annullament mit-Tribunal — Eżekuzzjoni tas-sentenza — Notifika tar-rapport ta’ evalwazzjoni — Tardività fl-istabbiliment u fil-komunikazzjoni tar-rapport)”2016/C 364/71Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Daniele Possanzini (Pisa, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Caniard u V. Peres de Almeida, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li jirrigwarda s-sena 2009 u talba għad-danni għad-dannu morali allegatament sostnut
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
Daniele Possanzini għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU C 245, 27.7.2015, p. 49.
Full & Egal Universal Law Academy