16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/44
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Kaufmann vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-69/15)
((Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Skema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard - Servizzi ta’ assistenti mediċi - Awtorizzazzjoni minn qabel - Kundizzjonijiet - Obbligu tal-użu tas-servizzi ta’ fornituri ta’ servizz legalment awtorizzati li jipprovdu servizzi ta’ assistenti mediċi jew servizzi ta’ “nursing” - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Dmir ta' premura - Limiti - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Ordni indirizzata lill-amministrazzjoni - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))
(2016/C 296/54)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sandra Kaufmann (Böhl-Iggelheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Turk, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: T. S. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lil persuna li kienet uffiċjal, li tagħha r-rikorrenti hija aventi kawża, l-awtorizzazzjoni minn qabel li tibbenefika mis-servizzi ta’ assistenti mediċi, u t-talba li r-rikorrenti tingħata s-somom sabiex tkopri s-servizzi tal-assistenti mediċi pprovduti mill-kumpannija kkonċernata, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud billi huwa parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
2)
Sandra Kaufmann għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy