Kawża F-70/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Polizzi vs Il-Kummissjoni [Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba taħt skemi oħra — Deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat]
C3642016MT5520120160802MT0072552562
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Polizzi vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-70/15) ( 1 )
“[Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba taħt skemi oħra — Deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat]”2016/C 364/72Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Rosalba Polizzi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara, aġent)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni finali ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) il-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
( 1 ) ĠU C 245, 27.7.2015, p. 49.
Full & Egal Universal Law Academy