11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/36
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Novembru 2015 – FH vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-73/15) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għall-ħlas ta’ allowances ta’ kuljum - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda segwita b’deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda - Natura konfermattiva tad - deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda - Dekadenza - Inammissibbiltà manifesta”))
(2016/C 007/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: FH (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u N. Chemaï, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax l-allowances ta’ kuljum wara t-trasferiment tiegħu mill-Kummissjoni, fejn kien assenjat mad-delegazzjoni tal-UE fil-Jemen, lejn il-Parlament Ewropew, fi Brussell.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud għaliex manifestament inammissibbli.
2)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn FH.
(1) ĠU C 245, 27.7. 2015, p. 50.
Full & Egal Universal Law Academy