11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/37
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Novembru 2015 – Ayres de Abreu vs KESE
(Kawża F-90/15)
((Servizz pubbliku - Inammissibbiltà manifesta - Rappreżentanza minn avukat - Rikorrent li għandu l-kwalità ta’ avukat - Impossibbiltà ta’ rappreżentanza tar-rikorrent minn avukat li ma huwiex terz))
(2016/C 007/49)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Antonio Ayres de Abreu (Cascais, il-Portugall)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-irtirar.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Antonio Ayres de Abreu għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy