Kawża F-103/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – Serena Trampuz vs Il-Kummissjoni Ewropea (Servizz pubbliku — Sigurtà soċjali — Skema ta’ assigurazzjoni għall-mard — Rkupru ta’ saldu tal-bilanċ wara pagament bil-quddiem fuq spejjeż mediċi — Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament tal-Qorti Ġenerali — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti għall-proċedura prekontenzjuża — Att li jikkawża preġudizzju — Rendikont tal-pensjoni — Rekwiżit ta’ lment — Tardività — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)
C3642016MT5610120160721MT0073561561
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – Serena Trampuz vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-103/15) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Sigurtà soċjali — Skema ta’ assigurazzjoni għall-mard — Rkupru ta’ saldu tal-bilanċ wara pagament bil-quddiem fuq spejjeż mediċi — Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament tal-Qorti Ġenerali — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti għall-proċedura prekontenzjuża — Att li jikkawża preġudizzju — Rendikont tal-pensjoni — Rekwiżit ta’ lment — Tardività — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)”2016/C 364/73Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Serena Trampuz (Trieste, l-Italja) (rappreżentant: C. Falagiani, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u G. Gattinara, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm is-somma ta’ EUR 14207.60 mill-pensjoni tar-rikorrenti bħala rkupru tal-pagamenti bil-quddiem imwettqa fil-kuntest tal-iddebitar tal-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni matul it-trattament fl-isptar tal-konjuġi tar-rikorrenti wara l-annullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Ispra, li ddebitat l-ispejjeż kollha ta’ akkomodazzjoni għall-isptar li ġew ikkunsidrati bħala eċċessivi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli
2)
Serena Trampuz għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
( 1 ) JO C 354 du 26/10/2015, p. 55.
Full & Egal Universal Law Academy