21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/50
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Fedtke vs KESE
(Kawża F-107/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Irtirar ex officio - Età tal-irtirar - Talba ta’ żamma fil-kariga lil hinn mil-limitu ta’ età, - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal - Interess tas-servizz - Artikolu 82 tar-Regoli tal-Proċedura - Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża))
(2016/C 106/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ingrid Fedtke (Wezembeek-Oppen, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenuta: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: K. Gambino, A. Carvajal, L. Camarena Januzec u X. Chamodraka, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
It-talba li tiġi annullata d-deċiżjoni li tqiegħed lir-rikorrenti taħt l-iskema tal-pensjoni b’effett mil-31 ta’ Diċembru 2014 u d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tagħha għal estensjoni fis-servizz.
Dispożittiv tad-digriet
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
I. Fedtke għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
(1) ĠU C 320, 28/9/2015, p. 53.
Full & Egal Universal Law Academy