5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/35
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2016 – Siragusa vs Il-Kunsill
(Kawża F-124/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tmiem tas-servizz - Talba ta’ uffiċjal għall-irtirar - Modifika tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal wara t-talba - Allegat irtirar ta’ deċiżjoni preċedenti))
(2016/C 326/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Sergio Siragusa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)
Intervenjent in sostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u D. Nessaf, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma tilqax it-talba mressqa mir-rikorrent għall-irtirar antiċipat, inkwantu din ittieħdet wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, fejn b’hekk irtirat id-deċiżjoni favorevoli preċedenti, kif ukoll it-talba għal kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Sergio Siragusa għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 414, 14.12.2015, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy