30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/51
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2016 – Beiner vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-135/15) (1)
((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Esperjenza professjonali - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess fil-kompetizzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni))
(2016/C 191/73)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Laurent Beiner (Knutange, Franza) (rappreżentant: B. Sahki, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/130/14 li li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-eżami ta’ evalwazzjoni, minħabba li ma għandux il-livell ta’ studju meħtieġ kif ukoll l-esperjenza professjonali ta’ tul minimu ta’ sitt snin relatata man-natura tal-kariga.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat.
2)
Laurent Beiner għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 7, 11.1.2016, p. 37
Full & Egal Universal Law Academy