Kawża F-143/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Lulju 2016 – Dietrich vs Il-Parlament (Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Xoljiment antiċipat tal-kuntratt — Data ta’ skadenza tal-avviż tat-temm ta’ impjieg — Sospensjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg — Data ġdida ta’ skadenza tal-avviż tat-temm ta’ impjieg — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Ilment tardiv — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Inammissibbiltà manifesta — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)
C3642016MT5710120160718MT0074571571
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Lulju 2016 – Dietrich vs Il-Parlament
(Kawża F-143/15) ( 1 )
“(Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Xoljiment antiċipat tal-kuntratt — Data ta’ skadenza tal-avviż tat-temm ta’ impjieg — Sospensjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg — Data ġdida ta’ skadenza tal-avviż tat-temm ta’ impjieg — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Ilment tardiv — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Inammissibbiltà manifesta — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)”2016/C 364/74Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Constant Dietrich (Pfulgriesheim, Franza) (rappreżentant: A. Fombaron, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropea (rappreżentanti: L. Deneys u E. Taneva, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent intiż għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ xoljiment antiċipat tar-reklutaġġ tiegħu mal-Parlament Ewropew.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
C. Dietrich għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
( 1 ) ĠU C 68, 22.2.2016, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy