18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/52
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2016 – Massoulié vs Il-Parlament
(Kawża F-146/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Parlament - Trasferiment interistituzzjonali - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Talba intiża għall-konverżjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni f’punti ta’ mertu - Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ ilment bħala talba - Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal - Inammissibbiltà manifesta))
(2016/C 260/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: François Massoulié (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u M. Dean, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba għal konverżjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li ġew stabbiliti wara l-promozzjoni tiegħu għal grad AD 12 f’punti ta’ mertu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors ta’ François Massoulié huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
F. Massoulié għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 68, 22.2.2016, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy