7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/27
Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Jannar 2016 – Brouillard vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-148/15 R)
((Servizz pubbliku - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ kompetizzjoni - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Urġenza - Assenza))
(2016/C 090/36)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alain Laurent Brouillard (Forest, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vande Casteele, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/306/15 – ġuristi lingwisti tal-lingwa Franċiża (AD7), li ma tippermettix lir-rikorrent jipparteċipa fil-fażi segwenti tal-kompetizzjoni minħabba l-fatt li dan tal-aħħar ma għandux livell ta’ tagħlim li jikkorrispondi għal taħriġ legali komplet li sar fi stabbiliment ta’ tagħlim superjuri Belġjan, Franċiż jew Lussemburgiż.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy