23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/25
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-2/15)
(2015/C 096/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Véghely, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrent allowance tal-installazzjoni u allowance ta’ kuljum u talba sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tħallas l-imsemmija allowances bl-interessi.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2014 sa fejn din tirrifjuta lir-rikorrent l-allowance tal-installazzjoni u l-allowance ta’ kuljum previsti fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jorda lill-Kummissjoni tħallsu l-allowance tal-installazzjoni u l-allowance ta’ kuljum sa minn meta daħal fis-servizz, flimkien mal-interessi mid-data ta’meta dawk l-ammonti saru dovuti skont l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal; u
—
tikkundanna liIl-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy