23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/25
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-3/15)
(2015/C 096/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu t-talbiet tar-rikorrenti għar-rimbors ta’ parti mill-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea li tnaqqsu mir-remunerazzjoni tagħhom kif ukoll it-talba għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-akkreditazzjoni relatata mat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz lejn l-iskema tal-Unjoni Ewropea.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikkjara inapplikabbli l-Artikolu 22 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni fis-seħħ sa mill-1 ta’ Novembru 2014;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestati;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy