23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/26
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-5/15)
(2015/C 096/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Id-dikjarazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DGI) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal u l-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, deċiżjoni li tapplika d-DGI l-ġodda rigward l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII għar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
—
tiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali;
—
tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li żżid id-drittijiet għall-pensjoni akkwistati mir-rikorrent qabel id-dħul fis-servizz tiegħu, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy