16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/48
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-8/15)
(2015/C 089/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysebeth, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċizjonijiet li jidditerminaw id-drittijiet tar-rikorrenti għal rimbors ta’ spejjeż tal-ivjaġġar annwali taħt l-Artikolu 8 tal-Annexe VII tar-Regolamenti tal-Persunal ghall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li ġie modifikat permezz tar-Regolament nru 1023/2013 tal-Parlament u l-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li mmodifika Regolamenti tal-Persunal ghall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-RAA.
Talbiet tar-rikorrent(i)
—
Tikkanċella il-folji ta’ remunerazzjoni għax-xhur ta’ Ġunju u Lulju 2014 tar-rikorrenti li qed japplikaw ghall-ewwel darba taħt l-Artikolu 8 tal-Annexe VII tar-Regolamenti tal-Persunal ghall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni fis-seħħ wara l-1 ta’ Jannar 2014, sabiex jiġi ffissat ir-rimbors tas-spejjeż tal-ivjaġġar tagħhom;
—
sa fejn hemm bżonn tikkanċella d-deċiżjonijiet datati 15 ta’ Ottubru 2014 li ċaħdu it-talbiet tagħhom;
—
tikkundanna lil Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy