13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/46
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs EMA
(Kawża F-9/15)
(2015/C 118/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz u N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysbeth)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) li r-rikorrent jiġi sospiż mill-funzjonijiet tiegħu u talba għall-ħlas ta’ EUR 1 b’mod provviżorju bħala kumpens għad-danni morali u materjali allegatament sostnuti.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-EMA tal-31 ta’ Marzu 2014 li r-rikorrent jitqiegħed f’“non-active status” għal perijodu indeterminat;
—
jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent EUR 1 b’mod provviżorju fuq id-danni morali u materjali sostnuti;
—
tikkundanna lil EMA għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy