16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/49
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-12/15)
(2015/C 089/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysebeth, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrent għar-rimbors tal-ispejjeż tal-vjaġġ annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII, tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat mir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.
Talbiet tar-rikorrent
—
Jannulla d-dikjarazzjoni ta’ remunerazzjoni tax-xahar ta’ Ġunju 2014 tar-rikorrent sa fejn din tapplika għall-ewwel darba l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2014, biex jistabbilixxi r-rimbors tal-ispejjeż tiegħu tal-vjaġġ;
—
sa fejn huwa meħtieġ, jannulla dan it-tip ta’ deċiżjoni, bid-data tal-15 ta’ Ottubru 2014, li tiċħad l-ilment tiegħu;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy