16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/50
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-13/15)
(2015/C 089/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysebeth, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg
Talbiet tar-rikorrenti
—
jiddikjara l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u mhux applikabbli;
—
jannulla d-deċiżjonijiet li jħassru kull rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tar-rikorrenti mis-sena 2014;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy