16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/50
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-14/15)
(2015/C 089/63)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1024/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u inapplikabbli;
—
tannulla d-deċiżjonijiet jistabbilixxu l-ammont għar-rimbors tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar annwali mogħti lir-rikorrenti għas-sena 2004;
—
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy