20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/40
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-15/15)
(2015/C 127/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Mock, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta li jiffissaw il-ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tat-22 ta’ Ottubru 2013.
Talbiet
—
jannulla r-rendikonti tar-remunerazzjoni Nri 6/2014 u 7/2014 kif ikkonfermati bid-deċiżjoni tal-konvenuta tal-15 ta’ Ottubru 2014, innotifikata fis-17 ta’ Ottubru, sa fejn din id-deċiżjoni tal-aħħar tirrigwarda l-iffissar tal-ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni sal-post ta’ oriġini;
—
fil-każ ta’ annullament, jimponi lill-konvenuta tiffissa ħlas b’rata fissa ġdid filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-motivi li fuqhom ikun ibbażat l-annullament;
—
jiddeċiedi fuq l-ispejjeż konformement mar-regoli applikabbli.
Full & Egal Universal Law Academy