23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/27
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-16/15)
(2015/C 096/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament ta’ deċiżjonijiet li jibdlu d-deskrizzjoni tat-tip ta’ xogħol tar-rikorrenti fl-applikazzjoni-sysper 2 u li ma jitniżżlux fil-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AST 10 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni għas-sena 2014.
Talbiet tar-rikorrenti
Prinċipalment:
—
tikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 45 tal-Istatut u l-Anness I, kif ukoll miżuri tranżitorji li għandhom x’jaqsmu magħhom;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ April 2014, li jinbidel il-fajl ta’ promozzjoni tar-rikorrenti li jinsab fis-sistema “Sysper 2” bl-iskop li timblokka kull possibilità dwar il-promozzjoni tagħhom;
—
tannulla d-deċiżjoni sussegwenti tal-Awtorità tal-Ħatra, notifikata fl-24 ta’ Ġunju 2014, li jitniżżlux fil-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AST10, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni għas-sena 2014 kif previst mill-Artikolu 45 tal-Istatut.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Sussidjarjament:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ April 2014, li jinbidel il-fajl tar-rikorrenti kontenut fis-sistema “Sysper 2” bl-iskop li timblokka kull possibilità dwar il-promozzjoni tagħhom;
—
tannulla d-deċiżjoni sussegwenti tal-Awtorità tal-Ħatra, notifikata fl-24 ta’ Ġunju 2014, li jitniżżlux fil-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AST10, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni għas-sena 2014 kif previst mill-Artikolu 45 tal-Istatut.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy